Malta
Id-Dikjarazzjoni ta’ Brussell fuq it-Tagħlim ta’ l-Ilsna “Wer fremde Sprachen nicht kennt, weiß
nichts von seiner eigenen.” |
|||
Il-Federazzjoni Ewropea ta’ l-Istituzzjonijiet Nazzjonali tal-Lingwa
(European Federation of National Institutions for Language, EFNIL) twaqqfet fi Stokkolma fl-2003 bħala
xibka ta’ kuntatt bejn l-akbar organizzazzjonijiet tal-lingwa u korpi
nazzjonali tal-lingwa oħrajn ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Kull istituzzjoni msieħba |
|||
1. |
Bl-integrazzjoni Ewropea u
t-tbaxxija u mbagħad it-tneħħija ta’ |
||
2. |
L-Ingliż qed jintuża bħala l-lingwa tax-xogħol f’xi kuntesti professjonali, edukattivi u soċjali fl-Ewropa. Waqt li nagħrfu s-siwi prattiku ta’ dan, huwa meqjus ta’ importanza kbira li nżommu, insaħħu u nkomplu niżviluppaw il-lingwi nazzjonali uffiċjali kollha tal-pajjiżi ta’ l-Ewropa fl-oqsma funzjonali kollha tagħhom. |
||
3. |
Iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiż Ewropew għandu jkollhom l-opportunità jitgħallmu l-aktar ilsna barranija li jeħtieġu għax-xogħol, għall-ħajja soċjali, għall-istudju u l-iżvilupp personali tagħhom. Għandu jkollhom id-dritt jiksbu ċertifikati akkreditati għal-livell tal-kompetenza tagħhom biex jikkomunikaw b’lingwi li mhumiex tagħhom u li ċ-ċertifikati lingwistiċi tagħhom ikunu rikonoxxuti bħala kwalifika għax-xogħol u l-istudju f’kull stat membru. |
||
4. |
L-edukazzjoni fl-istati membri ta’ l-Ewropa għandha trawwem etos multilingwi għall-komunikazzjoni u toffri l-opportunitajiet biex wieħed jitgħallem ilsna oħra barra l-ewwel lingwa tiegħu. Għandha wkoll tqanqal l-iżvilupp tal-kompetenza komunikattiva f’għadd ta’ ilsna kif ukoll kuxjenza interkulturali. |
||
5. |
Għaldaqstant, l-EFNIL tagħmel sejħa lill-gvernijiet ta’ l-istati ta’ |
||
5.1 |
L-edukazzjoni formali u informali għandha toffri għażla wiesgħa ta’ lingwi, fosthom il-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-Ewropa, kulfejn jista’ jkun. |
||
5.2 |
Il-kompetenza komunikattiva fl-ewwel lingwa u żewġ lingwi oħra (1+2) għandha tkun il-mira minima fi ħdan is-sistema edukattiva primarja u sekondarja ta’ kull pajjiż. Fejn l-ewwel lingwa ma tkunx lingwa uffiċjali tal-pajjiż, waħda mil-lingwi l-oħra li jingħażlu għandha tkun lingwa uffiċjali. |
||
5.3 |
Minbarra l-ħila fl-użu ta’ mill-inqas żewġ lingwi oħra, għandu jkun inkoraġġit l-użu reċettiv ta’ lingwi oħra biex il-ftehim bejn il-kelliema jkompli jikber (billi kull kelliem juża l-lingwa tiegħu u jifhem il-lingwa ta’ l-ieħor). |
||
5.4 |
L-adulti
għandhom ikunu inkoraġġiti jtejbu l-ħila tagħhom
fil-lingwa/i nazzjonali/uffiċjali tal-pajjiżi tagħhom u
jitgħallmu |
||
5.5 |
Minbarra
t-tagħlim tal-lingwi barranija fil-pajjiż stess, għandhom
jiżdiedu wkoll l-opportunitajiet għat-tagħlim tal-lingwi barra
mill-pajjiż. B’mod speċjali, għandhom jitjiebu |
||
5.6 |
F’kull Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, il-kelliema mhux nattivi (kemm tfal u kemm adulti) għandhom jingħatawlhom opportunitajiet oħra u aħjar biex jitgħallmu l-lingwa/i nazzjonali ta’ l-istat li jkunu qed joqogħdu fih, kif ukoll biex iżommu u jiżviluppaw il-ħila tagħhom fil-lingwa nattiva. |
||
6. |
Kemm il-gvernijiet nazzjonali kif ukoll il-korpi ta’ l-UE għandhom jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-ħolqien u l-produzzjoni ta’ għodod u riżorsi oħrajn u dejjem aħjar biex iġibu ’l quddiem it-tagħlim ta’ l-ilsna barranija. Dawn l-għodod u riżorsi jkunu jinkludu ġabriet ta’ testi monolingwi, multilingwi u paralleli, teżawri, banek tad-dejta terminoloġika, dizzjunarji, għodod għat-traduzzjoni awtomatika u materjali biex tgħallem il-lingwi u biex titgħallimhom waħdek, li jkunu mfassla skond standards Ewropej komuni. Il-lingwi u l-pari ta’ lingwi li sa issa kienu mwarrba mill-industriji kummerċjali tal-lingwi għandhom jingħatawlhom attenzjoni u appoġġ speċjali. |
||
7. |
Bħala
bażi empirika għall-politika lingwistika nazzjonali u Ewropea, li
tkun tiġbor fiha t-tagħlim tal-lingwi wkoll, għandu jitwaqqaf
Monitoraġġ Lingwistiku Ewropew (European Language Monitor, ELM), possibilment billi jitkabbar il-“European Indicator of Language
Competence” li qed jitħejja mill-Kummissjoni Ewropea. |
||
8. |
L-EFNIL tappoġġja lill-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni
Ewropea u lill-Kunsill ta’ l-Ewropa fl-isforzi u l-proġetti tagħhom
biex iżommu |
||
9. |
L-istituzzjonijiet membri ta’ l-EFNIL
qed
jintrabtu li jikkollaboraw iżjed bejniethom sabiex jiksbu għarfien
iktar profond ta’ l-ilsna ta’ |